Lokali

RITRATTI: Tliet irġiel involuti f’ħabta bejn vann u karozza fil-Qawra

Tliet minn nies ittieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura l-Ħadd filgħodu, wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.

Malti u żewġt irġiel ta’ nazzjonalita’ Bulgara sfaw feriti wara li ħabta fis-7.30 ta’ filgħodu fi Triq it-Trunċiera. It-tliet irġiel kien f’vetturi separati u ġejjin minn direzzjonijiet opposti, meta għal xi raġuni, seħ l-impatt frontali u qawwi bejn vann tat-tip Peugeot u karozza tat-tip Audi.

Mal-ewwel fuq il-post tal-inċident marru l-Pulizija u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – fejn dawn tal-aħħar għenu lit-tliet persuni involuti fl-inċident biex joħorġu mill-vetturi rispettivi, hekk kif inqabdu ġewwa. Immedjatament, huma ttieħdu l-isptar Materi Dei għall-kura b’ambulanza.

 

Habta Vann Karozza Qawra-3596

Jidher li l-vann kien qiegħed jiġi misjuq fid-direzzjoni lejn iċ-ċentru ta’ Buġibba minn raġel ta’ 50 sena, residenti San Pawl il-Baħar filwaqt li l-Audi kienet qed tinstaq fid-direzzjoni opposta minn raġel Bulgaru li għandu 34 sena – li ma dan tal-aħħar kien hemm passiġġier ta’ 46 sena. Iż-żewġt irġiel Bulgari huma residenti San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel ta’ 50 sena ġie ċċertifikat fl-Isptar Mater Dei li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi, iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt. Ir-raġel Bulgaru ta’ 34 sena qiegħed isofri min feriti ta’ natura ħafifa, filwaqt li r-raġel l-ieħor ta’ 46 senali kien passiġġier, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

14031019_10154020929607961_1160925827_n

Sorsi li tkellmu ma’ netnews.com.mt u li kienu fuq il-post waqt l-inċident infurmawna, li l-karozza misjuqa miż-żewġ Bulgari kien għaddej b’veloċita’ eċċessiva – u li aktarx dawn l-irġiel dehru li kienu taħt l-influwenza tal-alkoħol u saħansitra tlewmu mal-Pulizija.

F’dan il-ħin, it-triq tinsab magħluqa għat-traffiku fiż-żewġ karreġjati. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

 

Habta Vann Karozza Qawra-3603