Mietu talanqas seba’ persuni fil-Perù wara li terremot li rreġistra 5.4 fuq l-Iskala Richter laqat l-inħawi tal-pajjiż lejn in-Nofsinar.
Il-ħaddiema tal-emerġenza telqu lejn iz-zona milquta biex ifittxu għall-ħajjin u jipprovdu l-mobile shelters fl-inħawi. L-aħħar rapporti qalu li t-terremot qered almenu 80 residenza fir-reġjun ta’ Arequipa.
L-epiċentru tat-theżżiża kienet fil-Punent ta’ Chivay waqt li l-agħar distretti affettwati jinkludu Ichupampa, Yanque, Achoma u Maca
//= $special ?>