Mara ta’ 59 sena ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi wara li fi Triq Lapsi s-Siġġiewi, hi u tnejn oħra nqelbu bil-karozza. Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu, meta s-sewwieq tal-vettura, mara ta’ 76 sena residenti Ħaż Żebbuġ, għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-karozza u saqet fid-direzzjoni ta’ ħajt. Wara l-impatt ta’ mal-ħajt sfortunatament il-karozza baqgħet nieżla ġo għalqa. Fl-istess vettura kien hemm żewġ persuni passiġġiera , mara ta’ 75 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u oħra ta’ 59 sena residenti s-Siġġiewi.
Il-Pulizija marret b’mod immedjat fuq il-post tal-aċċident flimkien ma’ ambulanza li ħadet lil mara ta’ 59 sena l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Il- mara ta’ 59 sena residenti is-siġġiewi ġiet iċċertifikata li sofriet grieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>