Lokali

“Sakemm mal-mewt tifridna”

Il-wegħda li għamlu meta żżewġu, dawn l-anzjani żgur li qed jgħixuha: “Sakemm mal-mewt tifridna.”

Hekk kif il-Mosta qed tiċċelebra l-jum tal-Assunta, fuq wara tal-knisja dawn iż-żewġ anzjani mid-dar tal-anzjani tal-Mosta, ma ħallewx idejn xulxin.

Persuni li tkellmu ma’ dan is-sit spjegawlna li l-koppja ftit li xejn joħorġu, u ma jgħaddux mingħajr xulxin. Fil-każ tiegħu, l-anzjan li sfortunatament għandu viżta batuta, kull meta martu tħalli l-kamra ma jiqafx jgħajjtilha sakemm jerġgħu jingħadu flimkien.

Insomma, lezzjoni għalina lkoll f’mument fejn minn madwar id-dinja iżjed nisimgħu bi gwerer, milli bl-imħabba.

Ritratt: Matthew Tabone