Il-bank tad-demm qed jappella għal donazzjonijiet tad-demm hekk kif ir-riserva tad-demm hija baxxa, partikolarment dik tal-‘O positive’ u l-‘O negative’. Dan fid-dawl tad-diversi inċidenti li qed jiġru ta’ kuljum, apparti d-domanda kontinwa għad-demm mill-pazjenti
Fuq Facebook, iċ-Ċentru tat-Trasfużjoni tad-Demm qal li l-kategoriji l-oħrajn huma “ftit aħjar, imma baxxi wkoll”.
Il-bank tad-demm f’Gwardamangia jinsab ħdejn l-isptar San Luqa u jiftaħ kuljum mit-8 ta’ filgħodu sas-6 ta’ filgħaxija. Kull min imur jagħti donazzjoni tad-demm għandu jieħu miegħu l-karta tal-identità.
//= $special ?>