Lokali

FILMAT ĠDID: Xeni mill-isbaħ ta’ Malta f’filmat ġdid ta’ Assassin’s Creed Movie

Xeni mill-isbaħ ta’ pajjiżna jidhru bi prominenza f’filmat ġdid ta’ Assassin’s Creed, il-film li mistenni joħroġ fiċ-ċinema lejn l-aħħar ta’ din is-sena u li l-parti kbira tiegħu nġibdet f’pajjiżna.

F’dan il-filmat ġdid, l-attur u stuntman Daniel Waters jidher jipprattika qabża wara l-oħra sakemm finalment jirnexxielu jaqbeż b’suċċess minn għoli ta’ 125 pied, deskritta bħala waħda mill-ikbar qabżiet li għamel stuntman fl-aħħar 35 sena.