Fl-Istati Uniti, l-iskwadri għall-emerġenza salvaw aktar minn 20,000 persuna minn zoni mgħarrqa, fost ċirkustanzi katastrofiċi għall-aħħar fl-Istat ta’ Louisiana.
Rapporti mill-inħawi qalu li l-għargħar f’Louisiana ħalla almenu ħames persuni mejta, biċ-ċifra tal-vittmi tista’ titla’ fis-sigħat li ġejjin.
Il-Gvernatur ta’ Louisiana, John Bel Edwards, qal li sa 10,000 persuna qegħdin jgħixu fix-xelters ġo dan l-Istat wara tmiem il-ġimgħa ddominat minn ħalbiet tax-xita kontinwi.
//= $special ?>