Lokali

L-Imam jattendi għall-quddies pontifikali ta’ Jum Santa Marija

Ġest mill-isbaħ li jindika l-għaqda bejn il-komunita Musulmana f’Malta u l-Kattoliċi f’pajjiżna seħħ nhar il-festa ta’ Santa Marija meta l-Imam Mohammed el Sadi attenda ghall-quddiesa ċċelebrata mill-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech fuq stedina tal-istess Isqof.

Mons. Grech stieden lil El Sadi fid-dawl tal-ġrajjiet li qed iseħħu madwar id-dinja u anke f’pajjiżna. Fl-istedina tiegħu Mons. Mario Grech saħaq li din l-istedina qed issir anke fuq il-fatt li qal il-Papa Franġisku nhar is-27 ta’ Lulju meta saħaq li r-reliġjonijiet kollha jixtiequ l-paċi, il-gwerra jixtiquha oħrajn.

Mario Grech qal li minkejja d-differenza bejn it-twemmin tar-reliġjonijiet rispettivi, il-figura ta’ Maryam tgħaqqad liż-żewġ reliġjonijiet flimkien.

Min-naħa tiegħu Mohammed El Sadi aċċetta l-istedina u qal li kien ta’ unur għalih li jattendi għal din iċ-ċelebrazzjoni. Saħaq li l-qtil ta’ saċerdot Franċiż minn estremisti kien reat kontra l-Imam kollha madwar id-Dinja u reat kontra l-Islam.

Saħaq li kawża tat-terroriżmu l-Musulmani stess qed jisfaw vittmi. Saħaq li r-reliġjon Nisranija u l-Islam it-tnejn jippriedkaw il-paċi, it-tolleranza u r-rispett reċiproku u qed isir dak kollu possibli biex dan iseħħ.