Internazzjonali

Priġunieri trasferiti minn Guantanamo għall-Arabja Sawdija

GUANTANAMO BAY, CUBA - JUNE 25: (EDITORS NOTE: Image has been reviewed by the U.S. Military prior to transmission.) Military officers stand at the entrance to Camp VI and V at the U.S. military prison for 'enemy combatants' on June 25, 2013 in Guantanamo Bay, Cuba. President Barack Obama has recently spoken again about closing the prison which has been used to hold prisoners from the invasion of Afghanistan and the war on terror since early 2002. (Photo by Joe Raedle/Getty Images)

L-Istati Uniti qalet li bagħtet 15 il-priġuniera tal-kumpless fil-Bajja ta’ Guantanamo (f’Kuba) lejn l-Emirati Arab, b’dan ikun l-akbar trasferiment uniku ta’ priġunieri li qatt seħħ waqt l-amministrazzjoni tal-President Amerikan, Barack Obama.

Il-Pentagon f’Washington qal li t-trasferiment ta’ 12 il-nazzjonal Jemeni u tliet Afgani jfisser li, fil-preżent, fadal ‘biss’ 61 priġunier fil-faċilità ta’ Guantanamo, li qed titmexxa mill-Amerikani.

Il-priġunieri li ntbagħtu minn Guantanamo kienu qed jinżammu fil-kumpless mingħajr ma tressqulhom l-akkużi, b’uħud idumu talanqas 14 il-sena f’dik is-sitwazzjoni.

Il-President Obama jrid jagħlaq il-kumpless ta’ Guantanamo qabel jispiċċa mill-Presidenza tal-Istati Uniti.

Il-ħabs ta’ Guantanamo kien inawgurat, f’Jannar tal-2002, mill-eks President tal-Istati Uniti, George W. Bush. L-iskop tal-faċilità kien li jinżammu l-persuni suspettati dwar it-terroriżmu wara l-attakki tal-11 ta’ Settembru tal-2001, minn terroristi tal-Al-Qaeda, fuq l-ibliet Amerikani ta’ New York u Washington.

Il-priġunieri fi Guantanamo anki inkludew suspettati li nħatfu wara l-invażjoni tal-Afganistan mill-qawwiet Amerikani, li kienet seħħet ftit wara l-attakki storiċi kontra l-Istati Uniti.