Internazzjonali

Trump jitlob ‘vetting’ għall-immigranti fl-Istati Uniti

epa05432558 Delegates wave signs and cheer during the state roll call vote for the nomination process at the Quicken Loans Arena on the second day of the 2016 Republican National Convention in Cleveland, Ohio, USA, 19 July 2016. The four-day convention is expected to end with Donald Trump formally accepting the nomination of the Republican Party as their presidential candidate in the 2016 election. EPA/SHAWN THEW

Il-kandidat Donald Trump li se jikkontesta għall-Presidenza tal-Istati Uniti f’isem il-Partit Repubblikan, qal li jekk jirbaħ il-Presidenza se jaċċerta li l-immigranti f’pajjiżu jkunu suġġetti għall-analiżi u eżamijiet bir-reqqa, bħala parti minn ‘vetting estrem’.

Trump, li kien qed jitkellem fl-Istat ta’ Ohio, fassal il-pjani tiegħu biex jikkumbatti l-estremisti Iżlamiċi u fost oħrajn spjega proċess ġdid ta’ screening għall-barranin li jaslu fl-Istati Uniti. Skont Trump, l-applikanti għal residenza fl-Istati Uniti jridu jkunu suġġetti għal prova li tiddetermina jekk huma jaqsmux l-istess valuri liberali u tolleranza reliġjuża bħaċ-ċittadini tal-Punent.

Il-pjan ta’ Donald Trump jesiġi biex ċittadini li ġejjin minn pajjiżi bi storja ta’ terroriżmu jkunu pprojbiti mill-Istati Uniti, għalkemm ma speċifikax lill-pajjiżi partikulari. Waqt li tkellem f’Ohio, Trump lanqas ma ppropona strateġija militari għal kontra t-terroristi tal-ISIS, iżda rrepeta li ‘kien oppona għall-gwerra ta’ snin ilu fl-Iraq sa minn qabel kienu bdew l-ostilitajiet f’dak il-pajjiż tal-Golf.’

Hu, fl-istess ħin, beħsiebu jagħmel l-alleanzi ‘mal-pajjiżi kollha li qed jiġġieldu kontra t-terroriżmu’.

Min-naħa tagħha, Hillary Clinton, il-kandidat tal-Partit Demokratiku għall-White House irredikolat il-pjan ta’ Trump rigward l-immigrazzjoni bħala ‘manuvra ċinika li ma tistax tittieħed bis-serjetà.