Libjan ta’ 26 sena jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li kmieni dalgħodu nlaqat minn karozza fix-Xatt ta’ Tas-Sliema.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1am, meta l-Libjan intlaqat minn taxi, misjuqa minn raġel ta’ 61 sena mill-Imsida.
Iż-żagħżugħ ittieħed minnufih l-Isptar Mater Dei, fejn kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
Il-Maġistrat tal-għassa ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-Inkjesta, bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>