Paulo Dybala, David Tezeguet, Claudio Marchisio, Leonardo Bonucci, Andrea Pirlo, Alex Del Piero, Thomas Muller.
Dawn li qed taraw mhux ritratti, imma pitturi mill-isbaħ u perfetti sal-inqas dettall li ħarġu minn taħt idejn iż-żagħżugħ Kyle Duca.
Ilqajt miegħu propju f’belt twelidu, il-Birgu u jispjega li l-arti minn dejjem kienet fih. Mindu kien żgħir jiftakar lilu nnifsu bil-lapes f’idu jpinġi.
Mistħi, u fuq kollox b’umiltà, Kyle Duca jgħid li l-isbaħ esperjenza li kellu meta l-attakkant Arġentin ta’ Juventus Paulo Dybala kien mistieden f’Malta mill-Community Chest Fund, u ffirmalu t-tpenġija tiegħu.
Meta wieħed jirċievi tpenġija bħal din, normalment idendilha x’imkien jew jerfagħha, igawdiha iżda ftit li xejn jiġih f’moħħu kemm hemm sigħat ta’ ħidma warajha … iktar u iktar għal persuna bħal Kyle li għalih dan hu passatemp, u mhux ix-xogħol propja tiegħu.
Minkejja popolarità dejjem tikber u l-fatt li t-tpenġijiet tiegħu huma mfittxija, Kyle jibqa’ umli u jgħid li fadalu ħafna x’jaqdef, filwaqt li jżomm fi ħsiebu lil artisti oħra promittenti.
Segwi aktar fil-filmat t’hawn taħt.
//= $special ?>