Dalgħodu, uffiċjali tal-infurzar tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu wettqu spezzjonijiet u ssorveljaw l-andament tal-kiri ta’ deckchairs u umbrellel fi Blue Lagoon u l-Bajja ta’ Santa Marija f’Kemmuna.
Fi stqarrija, l-MTA qalet li r-regolamenti fil-kuntratt dwar in-numru ta’ deckchairs u l-prezz massimu qed jiġu osservati.
Filwaqt li l-MTA sostniet li l-ħidma ta’ infurzar ilha għaddejja mill-bidu tas-Sajf, kien biss fl-aħħar jiem, meta diversi persuni u l-ġurnali lokali xeħtu d-dawl fuq is-sitwazzjoni kaotika f’Kemmuna, li ttieħdet xi forma ta’ azzjoni.
Sa issa, inħarġu madwar €12,000 f’multi mill-MTA.
//= $special ?>