Lokali

Inawgurat l-ewwel studio fil-Parlament

Il-Ħamis ġie inawgurat l-ewwel studio televiżiv fil- foyer tal-Parlament, Studio li ser ikun qed jilqa’ fih diskussjonijiet li jedukaw u jinformaw lin-nies bl-aħħar temi li jkunu qed jiġu diskussi fil-parlament.

L-inawgurazzjoni ġiet ippreżentata mill-ispeaker Anglu Farrugia, il-Whip tal-Oppożizzjoni David Aguis kif ukoll il-Whip tal-Gvern Godfrey Farrugia.

L-ispeaker Angelo Farrugia qal li dan l-ispazju ser ikun miftuh bħala vuċi għall-parlament u mhux għall-partiti politiċi għaldaqstant jista jagħti l-każ li f’xi wħud mill-programmi jkun hemm rapreżenanti ta’ partiti politiċi pero dan biss għall-iskop primarju tal-parlament li hu biex ikun kommunikazjzoni aħjar bejn il-parlament u l-pubbliku.

Il-programmi li ser ikunu għaddejjin mill-parlament ser ikunu qedin jilqaw ukoll NGOs kif ukoll entitajiet rapreżentattivi oħra biex jiġu diskussi temi li jikkonċernaw kemm lill-entitajiet infushom kif ukoll lill-pubbliku inġenerali.

Dan l-istudio ġie nnawgurat bis-saħħa ta’ liġi tal-awtonomija parlamentari li tikkonċerna ix-xandir tal-parlament. Angelo Farrugia qal ukoll li dan l-istudio ser ikun utli ħafna f’Jannar li ġej, għaliex ser ikunu bdew l-attivitajiet tal- Kapitali Ewropea fil-Belt Valletta.

Angelo Farrugia kompla billi rringrazzja lill-whips David Aguis u Godfrey Farrugia tal-kooperazzjoni u l-għajnuna tagħhom.

Inawgurazzjoni studio Parlament 7      Inawgurazzjoni studio Parlament 8

Inawgurazzjoni studio Parlament 8