Lokali

Inċident tat-traffiku fin-Nadur – Tewmin ta’ 9 snin fost il-feruti

Ritratt: Arkivji

Erba’ persuni weġġgħu f’inċident tat-traffiku fin-Nadur.

Kien ftit qabel is-6pm meta seħħ impatt head-on bejn żewġ karozzi fi Triq ir-Rabat.

Iż-żewġ xufiera, żagħżugħ ta’ 19-il sena min-Nadur li kien qed issuq vettura tat-tip Volksawgen Polo u mara ta’ 40 sena minn Ta’ Sannat li kienet qed issuq vettura tat-tip Hyundai I10, flimkien ma’ uliedha tewmin ta’ disa’ snin, ittieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.

L-ebda persuna ma tinstab fil-periklu tal-mewt, u t-tewmin ġew rilaxxati mill-isptar wara li ngħataw il-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.