Internazzjonali Lokali Mużika

Proġett mużikali li jagħti oppurtunità għall-Ħajja

Fr. Joe u Peter Paul flimkien ma’ grupp ta’ mużiċisti kif ukoll voluntiera oħra, qed jgħinu tfal fil-filippini billi jgħalmuwhom il-mużika. Permezz ta’ dan it-tgħallim it-tfal qed tingħatalhom opportunita’ biex jagħmlu xi ħaġa bil-mużika u anke jaqalaw l-għaxin tagħhom. Ta’ min wieħed jgħid li dawn it-tfal jgħixu f’post rimot ħafna u ftit li xejn għandhom opportunitajiet ta’ xogħol għalekk sfortunatament jispiċċaw fi ċrieki ta’ kriminalità.

Bis-saħħa ta’ dan il-proġett u fondi miġburin, l-organiżżaturi rnexxielhom iniżlu xi tfal hawn Malta fejn ingħataw aktar tagħlim. Apparti minn hekk dawn it-tfal kienu involuti f’kunċert hawn Malta, li tagħhom kuraġġ ikomplu jistudaw il-mużika b’passjoni kbira. L- organiżżaturi jaspiraw li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar jgħinu tfal, kif ukoll jirnexxilhom iniżlu aktar tfal Malta għal ftit żmien biex jistudaw l-istrument tagħhom.

Kull minn jixtieq jagħti l-għajnuna tiegħu f’ dan il-proġett jista jikkuntatja lill-Peter Paul permezz ta’ Facebook. Peter Paul jappella lil kull min għandu strument li forsi m’ għadux juża u jixtieq jagħtih bħala donazzjoni lil dawn it-tfal biex jikkuntatjah.