Sport Sport Ieħor

Telfa għal Valletta Futsal fil-partita tal-ftuħ fil-UEFA Futsal Cup

Iċ-Champions lokali tal-Futsal Valletta bdew l-impenji tagħhom minn Grupp F b’telfa ta’ 7-3 kontra t-tim Finlandiż Sievi. Il-Beltin fl-ewwel esperjenza tagħhom fil-UEFA Futsal Cup bdew tajjeb fejn saħansitra marru 1-0 minn fuq b’gowl ta’ Jovica Milijic wara kważi sitt minuti logħob.

Il-Beltin damu jgawdu l-vantaġġ madwar żewġ minuti u nofs hekk kif Sievi ġabu d-draw minn Tirkkonen. Hosio għamel l-iskor 2-1 minuta wara minn penalty, iżda minuta u nofs wara Pakola falla mill-istess pożizzjoni. Xavier Saliba ġab id-draw, iżda fl-attakk sussegwenti l-Finlandiżi reġgħu marru fil-vantaġġ minn Tirkonnen. L-istess plejer reġa’ skurja biex fl-aħħar minuti tal-ewwel taqsima Pakola għamel l-iskor 5-2.

Minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima Vainala għamel l-iskor 6-2, b’Tirkonnen jagħmel l-iskor 7-2 fit-28 minuta, iżda l-Albaniż ta’ Valletta Endrit Kaca skurja ftit sekondi wara għal skor finali ta’ 7-3.

Valletta jkollhom it-tieni impenn għada fit-3.30pm kontra Tbilisi State University li fl-ewwel logħba tagħhom illum għelbu lil 12-4 lil Watcell.