Internazzjonali

It-Turkija se tbattal il-ħabsijiet

Il-Gvern Tork ħabbar li kien se jeħles 38,000 ħabsi minħabba riforma penali u bħala riżultat tal-attentat ta’ kolp ta’ stat tax-xahar li għadda u li wassal biex eluf ikunu arrestati.
Osservaturi qed isostnu li l-Gvern Tork se jbattal il-ħabsijiet Torok, li diġà huma ffullati, biex jagħmel spazju għall-eluf li kienu arrestati wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat tal-15 ta’ Lulju, attentat li fil-ġimgħat ta’ wara wassal għall-arrest ta’ madwar 20,000 persuna.
Skont digriet , il-Gvern Tork ordna wkoll it-tkeċċija ta’ 2,360 uffiċjal tal-Pulizija, aktar minn 100 uffiċjal militari u 196 impjegat fl-awtorità tat-telekommunikazzjoni Torka, il-BTK. Dan apparti li l-eluf l-oħra li tkeċċew fil-ġranet ta’ wara l-15 ta’ Lulju, minn Pulizija u suldati sa referees tal-football.
Ħafna jemmnu li bl-iskuża tal-attentat ta’ kolp ta’ stat, il-President Tork Tayyip Erdogan approfitta biex ineħħi kull dissens kontrih.