Lokali

20 Maratona f’20 ġurnata għal 20 sodda

Ġie fi tmiemu l-proġett ta’ 20 Maratona f’20 ġurnata għal 20 sodda b’kkolaborazzjoni bejn Chris Mamo u Dr Klown, li din tal-aħħar hi NGO attiva’ fl-isptar Mater Dei li l-għan tagħha hu li tferraħ lit-tfal rikoverati.

L-20 sodda ġew installati fil-paediatric wards.

Chris Mamo, ftit tas-snin ilu tilef lill-oħtu ż-żgħira għall-marda tant kiefra tal-kanċer, ingħaqad ma’ Dr Klown Malta sabiex flimkien jiġbru l-fondi biex jinxtraw dawn is-sodda soddod fl-isptar Mater Dei li jingħalqu għall-ġenituri biex ikunu jistgħu iqattgħu il-lejl fil-kamra tat-tfal.

Waqt l-inawgurazzjoni kien hemm preżenti l-President ta’ Dr Klown, Maurice Sleypen, li saħqet li l-ġenituri jinsabu kuntenti li issa minflokk siġġijiet għandhom soddod fuq xiex jistriehu, kemm mal-lejl kif ukoll mal-ġurnata.