Tal-anqas 82,000 persuna kellhom ikunu evakwati minħabba n-nirine kbar li hemm f’San Bernardino barra Los Angeles u li diġà qerdu xi djar tan-nies.
Uffiċjali qalu li f’xi postijiet in-nirien huma għolja mat-30 metru u waslu biex tingħalaq l-Interstate 15, ir-rotta ewlenija bejn Los Angeles u Las Vegas.
Min-naħa l-oħra kienet irtirata l-ordni ta’ evakwazzjoni f’Northern California fl-inħawi ta’ Clearlake fejn 44,000 persuna kellhom jitilqu minn djarhom minħabba l-periklu tan-nirien wara li dawn qerdu 175 residenza u bini ieħor.
Sadattant l-awtoritajiet arrestaw lil Damin Anthony Pashilk ta’ 40 sena fuq is-suspett li kien beda nar fi tmiem il-ġimgħa fiz-zona ta’ Clayton li mbagħad infirex b’rata allarmanti. Uffiċjali qalu li hu suspettat li kien wara nirien oħra tul din l-aħħar sena fl-inħawi ta’ Lake County.
Evakwati l-eluf minħabba n-nirien qrib Los Angeles
