Il-Gvern għadu bla pjan fl-immedjat biex tinbena Helipad fl-Isptar Mater Dei, minkejja li fil-ġimgħat li ġejjin mistenni jibda jopera ħelikopter li hu stazzjonat f’Għawdex biex iwassal pazjenti f’qagħda kritika lejn Malta.
Mistoqsija minn The Times of Malta, Kelliem għall-Ministeru tas-Saħħa tenniet il-ħsieb li l-Helipad titpoġġa fuq il-binja msemmija “Mother and Child” f’Mater Dei, ladarba din tkun lesta. Madankollu dan il-proġett għadu lanqas biss beda.
Sadanittant, sorsi li tkellmu ma’ NETnews żvelaw li issa l-Gvern għandu dubji serji dwar kemm se jkun vijabbli s-servizz tal-ħelikopter stazzjonat f’Għawdex. Dan minkejja li l-Ministru tas-Saħħa stess, Chris Fearne, inawgura s-servizz ftit jiem ilu meta l-ħelikopter niżel fil-Helipad tax-Xgħajra u tbierek fil-post.
Is-sorsi żvelaw li, lil hinn mid-dikjarazzjonijiet pubbliċi, il-Ministru Fearne qed jgħid lil ta’ madwaru li l-proġett għandu jitmexxa mill-Istaff tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, kif kien isir fil-passat.
//= $special ?>