Lokali

Imut il-Libjan li ttajjar f’Tas-Sliema

Iż-żagħżugħ Libjan ta’ 26 sena, li t-Tlieta li għadda intlaqat minn vettura fix-Xatt ta’ Tas-Sliema, dalgħodu tilef il-ġlieda mal-mewt.

L-inċident kien seħħ għall-ħabta tas-1am u fih kienet involuta taxi, li kienet misjuqa minn raġel ta’ 61 sena mil-Imsida.

Dakinhar, iż-żagħżugħ kien ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.