Il-Kamra tal-ispiżjara esprimiet id-diżappunt tagħha għal mod kif il-Gvern naqas milli jikkonsulta magħha dwar is-sistema ta’ preskrizzjonijiet elettroniċi. Huma qalu li għalkemm l-idea tal-preskrizzjonijiet eletroniċi hija idea tajba jinsabu ddispjaċuti li ma ġewx ikkonsultati.
Fl-istqarrija komplew billi qalu li l-ispiżjara għandhom rwol importanti ħafna fil-proċess, dan għaliex huma l-professjonisti li jgħaqdu lin-nies u għandhom kuntatt dirett.
Apparti minn hekk qalu li kellhom jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet tagħhom dwar dan il-proġett u jiġu trattati ta’ nies professjonali, kif fil-verita huma.
Il-kamra tal-ispiżjara qalu li fl-2013 il-kamra kienet parti mid-diskussjoni mnedija mill-Ministeru tas-saħħa pero minn dakinhar tal-laqgħa sa issa ma reġawx ġew ikkonsultati. L-ispiżjari qalu li huma stennew li jiġu kkonsultati rigward il-kontenut tal-preskrizzjoni u fuq il-mod ta’ kif ħa tkun qedha taħdem is-sistema.
L-Ispiżjara qalu li kieku ġew ikkonsultati dwar l-oppinjonijiet tagħhom kienu jifrankaw milli jinqalaw diffikultajiet wara li jsir il-proġett dan għaliex id-diffikultajiet ikunu ġew diskussi waqt li l-proġett qed jiġi ppjanat.
Apparti minn hekk l-ispiżjara qalu li għalkemm talbu lill-POYC għad m’għandhomx aċċess għad-data tal-preskrizzjonijiet u għalekk ma jistawx jallokaw il-mediċini li jieħdu l-pazjenti tagħhom mas-sistema li żżomm rapport tal-bio data.
Ic-chamber għalqu l-istqarrija billi qalu li l-ispiżżjara huma nies professjonisty li għandhom jiġu apprezzati kemm huma kif ukoll id-diffikultajiet li qed isibu. Fl-aħħar mill-aħħar il-priorita jibqa’ l-pazjent.
//= $special ?>