Lokali

Raġel l-Isptar wara li pprova jitfi nirien li ħakmu garaxx f’Ħaż-Żabbar

Arkivji

Raġel ta’ 46 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li weġġa’ waqt li pprova jitfi nirien li ħakmu garaxx fi Triq Santa Duminka f’Ħaż-Żabbar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.15pm meta, għal xi raġun, karozza qabdet fil-garaxx.

Ir-raġel ipprova jitfi n-nirien qabel waslu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bil-konsegwenza li sofra xi ġrieħi.

Għaldaqstant, fil-post issejħet ukoll Ambulanza, li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar għall-kura.