Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Marsalforn fiż-Żebbuġ Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30pm meta karozza tat-tip Peugot Partner, misjuqa minn Taljan ta’ 48 sena, kellha impatt ma’ mutur tat-tip Honda, li kienu sejrin fl-istess direzzjoni.
Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel fil-post qabel ma ttieħed l-Isptar għal aktar kura.
//= $special ?>