Kliem ta’ kundanna mill-Membru Parlametari Ewropew Lara Comi, li tirrappreżenta lill-Partit Forza Italia fil-konfront tal-programm ta’ bejgħ taċ-ċittadinanza mill-Gvern Laburista.
Comi, li kienet il-mistiedna waqt programm fuq TGCOM24 u li matulu kienet qed tiġi diskussa l-kwistjoni tal-immigrazzjoni, saħansitra sejħet il-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija bħala skandaluż.
“Skandaluż. Skandaluż għaliex qed nitkellmu fuq problema ta’ natura Ewropea u mhux biss waħda Maltija. Dan għaliex wieħed li jkollu ċittadinanza Maltija jkollu wkoll ċittadinanza Ewropea,” qalet Comi.
Kompliet li biex wieħed ikun Malti, Taljan jew ċittadin ta’ xi pajjiż ieħor irid ikun hemm valur, li għallinqas iħossu li jappartjeni għal dak il-pajjiż. Filwaqt li fakkret li l-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija hu wkoll bejgħ taċ-ċittadinanza Ewropea, hi wissiet li b’dan il-programm offrut mill-Gvern Malti qed jagħti aċċess għall-mafja Russa u Ċiniża.
“Tafu kemm Ċiniżi u Russi diġa talbu ċ-ċittadinanza Maltija? Għax b’hekk jistgħu jiġu hawn iwaqqfu aġenziji b’ħaddiema Ċiniżi b’mod legali f’Malta u l-Italja. Malta hi biss pont fil-verità, imma b’hekk aħna jkollna lill-mafja Russa u Ċiniża li jistgħu jinnegozjaw il-passaporti,” qalet Comi.
Matul il-programm kien hemm ukoll l-intervent tax- Shadow Minister tal-Ġustizzja Jason Azzopardi, li meta mistoqsi dwar il-programm ta’ bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija qal li dan mhux jaħdem kif suppost.
Spjega wkoll li l-Prim Ministru Joseph Muscat qiegħed idur mal-pajjiżi, inkluż dawk li fuqhom hemm dellijiet koroh ta’ korruzzjoni u prattiċi llegali, biex ibiegħ iċ-ċittadinanza Maltija.
//= $special ?>