Attivisti Sirjani ħarġu ritratti u filmati grafiċi ta’ tifel midrub, ftit wara li hu kien salvat minn bini li nqered waqt attakk mill-ajru fuq il-belt ta’ Aleppo.
Ir-ritratti u l-filmati tat-tifel juruh imdemmi u stordut waqt li bilqiegħda ġo ambulanza.
It-tifel midrub hu identifikat bħala Omran Daqneesh, ta’ ħames snin, li spiċċa kkurat għall-ġrieħi f’rasu.
Mhux magħruf x’sar mill-familja tiegħu.
L-Aleppo Media Centre tal-Oppożizzjoni Sirjana qal li r-ritratti ta’ Omran ittieħdu f’ Qaterji, id-distrett ta’ Aleppo li hu kkontrollat mir-ribelli, wara li attakki mill-ajru kienu ħallew numru ta’ mejtin u midruba fl-inħawi.
Il-kumbattimenti bejn il-qawwiet tal-Gvern Sirjan u r-ribelli f’Aleppo żdiedu fl-aħħar ġimgħat, flimkien mal-mejtin u midruba li jammontaw għall-mijiet. Il-belt ta’ Aleppo, qabel il-gwerra ċivili, kienet il-hub kummerċjali u industrijali tas-Sirja.
Wiċċ il-gwerra fis-Sirja
