“Aħna l-istudenti se nirtu Malta” saħqu dan il-Kunsill Studenti Universitarji f’konferenza f’ Ta’ tas-Sliema, b’diżaprovazzjoni għall-approvazzjoni ta’ torri ta’ 38 sular f’Tas-Sliema.
Waqt din il-konferenza il-KSU niedew dokument bl-isem ta’ ‘Limitless Development, shifting the roadmap.’ F’dan id-dokument wieħed jista jsib ir-rezzjoni u t-tħassib tal-istudenti dwar dan il-proġett.
Waqt din il-konferenza ir-rapprezentanti tal-KSU saħqu li Malta għanda bzonn żvilupp b’mod sostennibli u b’politika soda li tirrispetta l-ambjent.
Preżenti għal din il-konferenza kien hemm ukoll, il-Kunsillier ta’ Tas-Sliema John Pillow, il-Viċi Sindku ta’ San Ġiljan Albert Buttiġieġ u d-Deputat Indipendenti Marlene Farrugia.
Il-Kunsillier ta’ Tas-Sliema John Pillow saħaq li ingħaqad mal-Istudenti għax ir-residenti ta’ Tas-Sliema jixirqilhom ahjar.
Il-Viċi Sindku ta’ San Ġiljan Albert Buttiġieġ saħaq li dan l-iżvilupp mhux se jolqot lir-residenti ta’ Tas-Sliema biss, iżda wkoll ta’ San Ġiljan, kif ukoll saħaq li hu mportanti li nkunu preżenti għaż-żgħażagħ, li huma l-futur tagħna.
Filwaqt li id-Deputat Indipendenti Marlene Farrugia saħqet li permezz ta’ dan il-proġett qed jiġi deċiż il-futur ta’ dawn l-istudenti, u konsultazzjoni maż-żgħażagħ mhux tiġi ikkunsidrata, kif ukoll li dan mhux biss issue tal-passat jew tal-preżent, iżda issue tal-futur.
Fuq Facebook, il-KSU nieda wkoll filmat bit-tama li jwassal appell favur l-Ambjent. Fil-filmat, persuni li jirrappreżentaw l-iżvilupp u l-ħajja mgħaġġla jidhru qed jgħattu għal kollox persuni oħrajn, li qed jirrappreżentaw l-Ambjent.
//= $special ?>