Internazzjonali

Arrestat kap tal-ISIS fil-Libja

Raġel mit-Tuneżija li jingħad kien qed jirrekluta l-ġellieda Iżlamiċi minn bażi fl-Italja, spiċċa arrestat mill-qawwiet ta’ Zintan, fil-Libja. Dan mill-qawwiet alleati mal-Ġeneral Libjan Khalifa Haftar.
L-arrestat, Abu Nassim (ismu sħiħ Moez Ben Abdulgader Ben Ahmed Al Fezzani), kien anki spiċċa arrestat darb’oħra mill-Amerikani, fejn għadda minn proċess fil-belt Taljana ta’ Milan qabel tkeċċa u rritorna l-Libja.
Hu allegat li Abu Nassim għandu wkoll konnessjoni mal-grupp ta’ militanti li, fis-sajf tal-2015, ħataf erba’ ħaddiema tal-kuntrattur Bonatti (ibbażat f’Parma) qrib il-port Libjan ta’ Mellitah minn fejn jitmexxew kunsinni ta’ żejt u gass.
L-aħħar rapporti, issa, qalu li Nassim kien qed jaħrab mill-belt Libjana ta’ Sirte, fejn għad hemm ir-reżistenza mill-ISIS, u meta hu kien qed jipprova jasal it-Tuneżija.