Il-Korp tal-Pulizija ħareġ filmat b’pariri lill-pubbliku biex jevita s-serq minn bajjiet, minn bars u pick-pocketing.
Is-sena li għaddiet il-pulizija rċeviet diversi rapporti ta’ pick pocketing, serq minn bajjiet u minn bars.
Saru mal-2030 rapport madwar Malta u Għawdex ta’ persuni li allegaw li sfaw vittmi ta’ pick pocketing. 402 kazi ġew rappurtati matul ix-xahar ta’ Lulju.
706 rapport ta’ persuni li allegaw li sfaw misruqa minn bars fejn ukoll fil-maġġorparti r-rapporti saru f’Lulju.
Fix-xhur tas-Sajf fis-sena 2015 saru 318 rapport ta’ allegat serq minn fuq bajjiet. Fis-sena 2016 jidher li kien hemm tnaqqis sostanzjali għaliex meta wieħed jqabbel ix-xhur ta’ Ġunju u Lulju tas-sena l-oħra meta kien hemm total ta’ 148 rapport, mal-91 rapport f’ Ġunju u Lulju ta’ din is-sena, jidher tnaqqis ta’ 57 rapport.
Il-korp tal-Pulizija qed jappella biex wieħed jevita li jġorr miegħu affarijiet ta’ valur li m’għandux bżonn u qatt ma jżomm numru tal-PIN mal-credit card.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex dejjem jibqa’ jagħti attenzjoni lejn l-oġġett ta’ valur li wieħed ikun qed jġorr fuqu għal iżjed prevenzjoni.
Filmat:
//= $special ?>