Internazzjonali

Il-flus mid-divorżju ta’ Johnny Depp’ jingħataw lill-karità

L-attriċi Amber Heard se tagħti miljuni ta’ dollari li ħadet mingħand l-eksraġel tagħha, Johnny Depp, lil żewġ karitajiet li jaħdmu għat-tfal morda u n-nisa abbużati.
Heard ingħatat $7 miljuni mingħand l-attur famuż skont il-ftehim għad-divorzju. L-attriċi qed tittama li, b’din id-donazzjoni, ‘hi tkun tista’ tgħin persuni li huma anqas kapaċi biex jiddefendu lilhom infushom’.
Amber Heard akkużat lil Johnny Depp li kien isawwatha u li darba waddbilha telefon ċellulari waqt ġlieda. Intant, l-eksraġel tagħha qiegħed jiċħad l-allegazzjonijiet.