Lokali

Il-Union tal-Cabin Crew b’tilwima industrijali mal-Air Malta wara laqgħat mal-Ministru Zammit Lewis

Il-Union tal-Cabin Crew (UCC) , li tirrappreżenta l-interessi tal-cabin crew fi ħdan l-Air Malta, tat avviż ta’ tilwima industrijali mal-Air Malta wara żewġ laqgħat li saru llum mal-Ministru Edward Zammit Lewis.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li l-laqgħa kienet interrotta minħabba li r-rappreżentanti tal-UCC ħarġu mil-laqgħa. Madankollu, il-Gvern ma qalx x’wassal għal dan l-atteġġjament u x’kienu l-punti li wasslu għan-nuqqas ta’ qbil bejn iż-żewġ naħat.

Kien għalhekk li l-UCC tat l-avviż ta’ tilwima industrijali, li se tidħol fis-seħħ mil-lejla stess, minn 12am.