In-nies ta’ Londra se jkollhom isellmu lill-famużi pastizzi tal-Parparellu. Dan hekk kif l-istabbiliment tal-ikel fil-kapitali Ingliża se jagħlaq darba għal dejjem.
Kienu l-propjetarji stess tar-ristorant Parparellu li ħabbru din id-deċiżjoni tagħhom permezz ta’ messaġġ fuq Facebook. Parpaellu fetaħ għall-aħħar darba l-Ħamis.
Parparellu kien ilu miftuħ f’Londra 4 snin u kien famuż l-aktar għar-ravjul, l-għaġin il-forn, u l-fenek. Fi żmien l-Għid kienu ukoll ferm popolari l-figolli u l-kwareżimal.
Fuq Facebook, il-propjetarji qalu li ħadu din id-deċiżjoni b’dieqa kbira.
Parparellu ħa l-isem tiegħu mil-laqam tal-mibki Anthony Pace, u kien l-ewwel stabbiliment b’ikel Malti f’Londra.
//= $special ?>