Hillary Clinton, l-eks-First Lady Amerikana li qed tikkuntesta għall-Presidenza tal-Istati Uniti f’isem il-Partit Demokratiku, rat il-vantaġġ tagħha fuq ir-rivali Repubblikan, Donald Trump, jonqos għal erba’ punti perċentwali; dejjem skont stħarriġ ġdid organizzat fuq bażi nazzjonali.
L-aħħar statistika hi wkoll sinifikanti, peress li fl-istħarriġ kollu preċedenti li kien sar wara l-aħħar żewġ konvenzjonijiet, Hillary Clinton dehret qed tgawdi vantaġġ pjuttost konsiderevoli ta’ disa’ punti fuq Trump.
Intant, il-Pew Research Center, li mexxa l-aħħar stħarriġ, qal li kif qed jidhru l-affarijiet bħalissa, ‘madwar 41 fil-mija tal-votanti rreġistrati indikaw li jekk l-elezzjoni għall-Presidenza ssir illum huma għandhom jappoġġjaw lil Hillary Clinton, kuntrarju għat-37 fil-mija tar-rispondenti li huma disposti favur Trump.
Jonqos il-vantaġġ ta’ Clinton fuq Trump
