Il-Ministru Ġermaniż għall-Intern, Thomas de Maiziere, tkellem favur projbizzjoni parzjali tal-burqa għan-nisa Iżlamiċi fil-pajjiż, fost dibattitu nazzjonali qawwi rigward l-integrazzjoni tal-barranin fis-soċjetà.
De Maiziere sostna li hemm qbil lipersuna turi wiċċha fil-postijiet fejn hu neċessarju għall-koeżistenza tas-soċjetà. Dan f’każ li ‘persuna tkun qed issuq vettura, inkella f’każ li hi tkun f’uffiċċju pubbliku jew fi skola, università jew qorti’.
Fl-istess ħin, il-Ministru tenna, waqt diskors fuq it-televiżjoni, li l-burqa (velu li jgħatti l-wiċċ kollu) ‘m’għandhiex postha f’pajjiż bħall-Ġermanja’.
Lejn miżuri kontra l-burqa fil-Ġermanja
