Sirens Ritter Sport irkupraw mit-telfa kontra Valletta meta għelbu lil Exiles Ferretti 13-8 biex fetħu vantaġġ ta’ ħames punti fuq Valletta b’logħba aktar. It-tim ta’ San Pawl il-Baħar kiseb rebħa meritata hekk kif dejjem kien aħjar mill-avversarji tant li qatt ma kienu minn taħt fil-partita.
Kien biss fil-bidu li Exiles kienu 1-1 meta Vukicevic wieġeb għal gowl bikri ta’ Pace, iżda l-istess plejer reġa’ poġġa lil Sirens minn fuq, b’Zach Mizzi jagħmilhom tlieta fl-ewwel sessjoni. It-tieni sessjoni kienet bilanċjata b’Exiles jirnexxilhom jibqgħu fil-logħba u jżommu d-distakk ta’ żewġ gowls.
Iżda wara l-mistrieħ, Sirens ħadu r-riedni wara t-tielet gowl ta’ Exiles, u żewġ gowls ta’ Mizzi u Grech fetħu vantaġġ ta’ erba’ gowls li minn hemm setgħu jamministraw il-partita hekk kif daħlu 9-4 għall-aħħar sessjoni. Fl-aħħar tmien minuti tal-logħba, il-partita kienet aktar miftuħa biż-żewġ timijiet jiskurjaw erba’ gowls kull naħa għal skor finali ta’ 13-8.
//= $special ?>