Fadal biss ġimgħa għal maratona ta’ 20 siegħa xandir fuq Radio 101. Maratona li se ssir mill-preżentaturi ta’ Radio 101 Manila u Russell.
Il-maratona se tibda nhar il-Ħadd 28 ta’ Awissu wara l-bulettin tal-aħbarijiet ta’ nofsinhar u tibqa’ għaddejja sal-għada, it-Tnejn, fit-8.30 ta’ filgħodu. Ix-xandir jibqa’ għaddej anke bil-lejl.
Dwar din il-maratona tkelliman ma’ Manila Bottone, il-moħħ wara din il-maratona ta’ xandir live, li spjegat ir-raġuni wara din il-maratona ġbir ta’ fondi.
Matul l-għoxrin siegħa ta’ xandir, il-pubbliku hu mistieden li jżur l-istudios ta’ Radio 101, jiltaqa’ mad-DJ’s u jipparteċipa f’diversi kompetizzjonijiet li se jsiru.
//= $special ?>