Il-ħaddiema tal-ekwipaġġ fi ħdan l-Air Malta bdew jaħdmu bil-work-to-rule wara li l-Union tal-Cabin Crew (UCC), li tirrappreżenta l-interessi tal-cabin crew fi ħdan l-Air Malta lbieraħ tat avviż ta’ tilwima industrijali mal-Air Malta wara żewġ laqgħat li saru lbieraħ mal-Ministru Edward Zammit Lewis.
Il-UCC qed tistieden lill-membri tal-ekwipaġġ fi ħdanha biex jżommu mat-titjiriet tagħhom u biex ma jaċċettawx xi titjiriet ta’ xogħol fil-ġranet tal-leave tagħhom. Il-membri wkoll huma mħeġġa biex jaħdmu titjiriet stand-by sakemm dan ma jaffetwax ix-xogħol tagħhom.
Fi stqarrija, il-Gvern ilbieraħ qal li l-laqgħa kienet interrotta minħabba li r-rappreżentanti tal-UCC ħarġu mil-laqgħa. Madankollu, il-Gvern ma qalx x’wassal għal dan l-atteġġjament u x’kienu l-punti li wasslu għan-nuqqas ta’ qbil bejn iż-żewġ naħat.
Kien għalhekk li l-UCC tat l-avviż ta’ azzjonijiet industrijali, li daħlu fis-seħħ f’nofs il-lejl.
//= $special ?>