L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) appellat lill-management tal-Air Malta biex ikomplu jiddjalogaw mal-istakeholders kollha, fid-dawl tal-istrike li tħabbar mill-Union tal-Cabin Crew.
L-istrike mill-membri tal-ekwipaġġ tal-Air Malta beda s-Sibt f’nofsillejl, bil-ħaddiema qed jaħdmu fuq bażi ‘work-to-rule’.
Dwar dan, l-MHRA qalet li l-Air Malta għandha rwol importanti ħafna fis-settur turistiku, u kemm dan ikun suċċess, u għaldaqstant, għandhom jinstabu s-soluzzjonijiet neċessarji u ġusti kemm fl-interess tal-linja nazzjonali tal-ajru iżda wkoll b’mod li t-talbiet tal-Union tal-Cabin Crew ikunu rispettati. L-MHRA qalet li jekk ma jinstabux is-soluzzjonijiet, il-kwistjoni għandha tittieħed għall-proċess ta’ arbitraġġ.
“Azzjonijiet li jheddu l-industrija tat-turiżmu u għaldaqstant l-għixien ta’ eluf ta’ persunu, jibqgħu inaċċettabbli għall-MHRA” sostna l-President tal-Assoċjazzjoni Tony Zahra.
L-MHRA tenniet li l-Unions kollha attivi fi ħdan l-Air Malta għandhom jużaw il-forza tal-argumenti u mhux il-foriza li tista’ tagħmel ħsara lill-Air Malta. Dwar l-istrike mill-Union tal-Cabin Crew, l-MHRA appellat biex il-ħaddiema jifhmu l-irwoli u r-responsabbilitajiet tagħhom biex il-linja nazzjonali tal-ajru tkun sostenibbli. Dwar l-irwol tal-Gvern f’dan kollu, l-MHRA qalet li s-sostennibiltà tal-Air Malta għandha tkun priorità meta l-Gvern isib l-imsieħba strateġiċi tiegħu.
//= $special ?>