Tfajla Taljana ta’ 26 sena weġġgħet gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt wara li qabżet fil-baħar fil-limiti ta’ Marsaxlokk.
L-inċident seħħ meta t-Taljana qabżet fil-baħar ta’ St Peter’s Pool, għall-ħabta tas-19.00 tal-Ħamis filgħaxija. Il-Pulizija qalu li ġew infurmati b’dan siegħa u kwart wara li seħħ l-inċident.
Il-vittma ġiet imtellgħa mill-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ġiet meħuda l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
Il-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>