Valletta kisbu l-ewwel rebħa fi Grupp F tar-rawnd preliminari tal-UEFA Futsal Cup, meta għelbu lil Wattcell United bl-iskor ta’ 9-3. Kienet rebħa kollettiva għall-Beltin, li kellhom l-aktar pussess tal-ballun u rnexxielhom jiskurjaw erba’ gowls fl-ewwel sittax-il minuta. L-Iskoċċiżi ppruvaw iwettqu reazzjoni iżda l-Beltin daħlu għall-mistrieħ b’vantaġġ ta’ 4-1.
Fit-tieni taqsima, Valletta komplew jiddominaw u skurjaw ħames gowls oħra li kienu jfissru l-ewwel rebħa fi tmiem din l-avventura fil-Finlandja. B’hekk it-tim immexxi mill-kowċ Clayton Felice spiċċa fit-tielet post, filwaqt li Wattcell Futsall Club baqgħu fl-aħħar post mingħajr l-ebda punt.
Għal Valletta kellna doppjetti għal Cristian Cuadros Silva u Chris Cardona, flimkien mal-gowls ta’ Jovica Milijic, Dylan Musu, Denis Di Maio, Vanderlei Augusto Reis u Endrit Kaca. Doppjetta għal Christopher Donnelly u gowl ta’ Ian McIntosh ma kinux biżżejjed fl-ewwel esperjenza tagħhom barra mill-Iskozja.
Tbilisi State University spiċċaw l-ewwel fil-grupp wara li għelbu lil Sievi Futsal bl-iskor ta’ 5-4. Tbilisi ghaddew ghar-rawnd li jmiss tal-UEFA Futsal Cup.
//= $special ?>