Ftit tal-ħin ilu fl-Imġarr sar l-irkant tradizzjonali għar-reffiegħa, fejn gruppi ta’ nies mill-Imġarr joffru d-donazzjoni tagħhom bit-tama li jerfgħu il-vara ta’ Santa Marija. L-għola għal din is-sena donazzjoni kienet dik ta’ €13,000 mill-grupp ta’ reffiegħa ta’ Wistin.
L-irkant infetaħ mill-kappillan Monsijur Kalċidon Vassallo, li beda dan l-irkant bl-Angelus. Dan appella biex in-nies iħarsu lejn dan l-irkant bħala irkant speċjali, dan għaliex parti mill-flus li jinġabru jmorru għall- karita’ kif ukoll biex jgħinu lill-knisja tkun aktar aċċessibli għal min iżur din il-knisja. Apparti min hekk il-kappillan ħabbar li parti mid-donazzjoni li saret ser tkun qed tintuża biex jinbiddlu l-fjuretti kif ukoll girlandi li jinsabu fil-knisja tal-Imġarr. Il-kappillan għalaq billi rringrazzja lil kull min għandu għal qalbu l-festa ta’ Santa Marija tal-Imġarr kif ukoll lil kull min jgħin lill-parroċċa.
B’ differenza għas-snin preċedenti, din is-sena għaqda ta’ nisa fl-Imġarr b’ħidma dedikata ingħaqdu flimkien biex jiġbru donazzjoni huma wkoll. F’ittra li ġiet ippreżenta lill-folla numeruża li attendiet għall-irkant, in-nisa qalhu li huma ma riedux li jergħu il-vara pero’ xtaqu li jagħmlu donazzjoni, għalekk ġabru is-somma ta’ €5,000 li bħas-somma l-oħra, kwart minnha ser jingħata lill-karita’.
Wistin li rebaħ id-dritt biex jerfa’ l-vara ilu mill- eta’ ta’ 16 -il sena jipparteċipa f’dan l-irkant. Wistin qal lil dan is-sit li ilu għal dawn l-aħħar tletin sena jerfa’ u kompla fuq il-passi tal-familja tiegħu li ukoll kienu jipparteċipaw għal dan l-irkant.
L-attivita attirat ammont sostanzjali ta’ nies kemm mil-lokalita’ kif ukoll minn barra l-Imġarr pero wieħed seta’ jinnota l-għaqda li hemm qalb l-Imġarrin kollha.
//= $special ?>