Knisja Kultura Lokali

L-Ordni Dumnikana tagħlaq 800 sena mit-twaqqif.

Illum filgħodu l-ordni Dumnikana fil-birgu flimkien mal-każin filarmoniku Prince of Wales iċċelebraw żewġ anniverarji. Dawn huma it-800 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Ordni u l-anniversarju ta’ 125 sena mil-ftugħ tal-Każin Prince of Wales.

Dan is-sit tkellem ma Lauro Abela il-president tal-każin u staqsietu fuq l-ordni kif ukoll il-każin. Dan qalilna li l-ordni illum il-ġurnata għada b’saħħitha daqs kemm kienet żmien ilu, tant u hekk li illum l-ordni hija ffurmata bl-akbar ammont ta’ patrijiet fl-istorja tagħha. Kompla billi qal li din l-ordni hija ordni tal-predikaturi li għadek issiba f’Universitajiet madwar id-dinja kollha. Dan għaliex bid-differenza għall-Franġiskani li jagħmlu xogħol ta’ karita’ u jiġġieldu l-poverta’, l-ordni Dumnikana tagħmel xogħol ta’ edukazzjoni b’tagħlim u priedki.

Lauro Abela tkellem ukoll fuq l-anniversarju ta’ 125 li qed jiċċelebra il-każin filarmoniku Prince of Wales fil- Birgu. Dan saħaq fuq il-fatt li l-każin warajh għandu storja kbira. Dan għar-raġuni li bħal bini ieħor f’Malta missitu l-qilla tal-gwerra, filfatt fi żmien il-gwerra waqgħet parti sostanzjali mill-każin u sfortunatament intilfu ħafna affarijiet. Pero’ dan kompla jagħti kuraġġ lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-każin Prince of Wales biex jibnu u jirrinovaw il-każin mill-ġdid u ovjament jirranġaw u jżidu fuq dak li ħallew missirijitna.

President San Duminku (1 of 1)

Lauro Abela – President tal-Każin Prince of Wales

Bħala parti miċ-ċelebrazzjoniji l-Ħadd filgħodu indaqq marċ mill-knisja sal-każin fejn matulu inkixfu opri ġodda fosthom faċċata ta’ drapp tal-każin, pavaljuni u bandalori. Abela qal li peress li fil-festa Dumnikana tal-Birgu ma jkunx hemm nar, jiffukaw iżjed fuq it-tiżjin u l-għarmar biex b’ hekk ikun wieħed rikk.

Inawgurazzjoni Festa San Duminku (5 of 10)