Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi fil-Mellieħa

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15 fi Triq Telgħet Selmun, il-Mellieħa, meta għal xi raġun, is-sewwieq tal-mutur ta’ 35 sena mill-Birgu, skiddja bill-mutur tat-tip Ducat.

Ir-raġel ittieħed mmedjatament l-isptar Mater Dei għall-kura fejn ġir ċċertifikat li qiegħed isfori minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.