Għawdex Lokali

Aġġornata: Għaddasa taqleb għall-aħjar wara inċident f’Għawdex

Aġġornata

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li tinsab infurmata li l-kundizzjoni tal-mara involuta fl-inċident qalbet għall-aħjar u m’għadiex fil-periklu tal-mewt.

Aktar kmieni…

Il-mara li lbieraħ iddaħħlet l-isptar wara li ntilfet minn sensieha wara li telgħet mill-baħar, għadha fil-periklu tal-mewt.

Kien għall-ħabta tas-1 ta’ waranofsinhar tal-bieraħ li l-għaddasa intilfet minn sensieha wara li telgħet mill-baħar. Hi kienet qed togħdos f’Xatt l-Aħmar, limiti ta’ Għajnsielem f’Għawdex.

Il-mara, Pollakka ta’ 41 sena ttieħdet minnufih l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz ta’ ambulanza fejn hemmek kienet ċertifikata li tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha.

Il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet dwar il-każ.

Ritratt: visitgozo.com