Fl-investigazzjoni fil-mewt tal-kantant Amerikan ‘Prince’, instab li fid-dar tiegħu kien hemm pilloli qawwijin ħafna u meqjusa perikolużi, il-fentanyl, li kienu miżmuma taħt isem ta’ pilloli oħra anqas perikolużi magħrufa bħala hydrocodone.
Prince, li kellu 57 sena, kien instab mejjet fir-residenza tiegħu f’April.
Skont rapporti fil-midja Amerikana, mill-awtopsja kien irriżulta li hu kellu doża li titqies aktar minn fatali tal-pilloli fentanyl u ma kellux riċetta għalihom.
Testijiet li kienu saru fuq Prince qabel il-mewt ma kinux sabu traċċi ta’ fentanyl li indika li l-kantant ma kienx juża din it-tip ta’ mediċina fuq bażi regolari.
Dawl fil-mewt ta’ Prince
