Is-sit newsbook.com.mt irrapporta li fl-aħħar jiem, il-prezz tal-pilloli ‘Panadols’ żdied f’daqqa. Is-sit irrapporta li l-prezz ta’ kaxxa ta’ 48 pinnola, żdied minn €3.10 għal €3.61, jiġifieri żieda ta’ €0.51ċ.
Ir-rapport jikkwota sorsi qrib l-industrija tal-farmaċewtika, li qalu li ż-żieda qawwija fil-prezz tal-Panadols saret biex tagħmel tajjeb għal roħs imħabbar mill-Gvern fil-prezzijiet ta’ mediċini oħra.
Newsbook.com.mt pprova jagħmel kuntatt mar-rappreżentant lokali għall-prodotturi ta’ din il-mediċina, li madanakollu jinsab fuq btala u għaldaqstant ma kienx disponibbli biex jagħti spjegazzjoni dwar iż-żieda fil-prezz tal-Panadols.
//= $special ?>