Il-mexxejja ta’ Franza, l-Italja u l-Ġermanja t-Tnejn filgħaxija ltaqgħu biex jiddiskutu l-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea wara l-Brexit. Dan il-mini summit qed isir tliet ġimgħat qabel summit informali tas-27 mexxej tal-UE fi Bratislava, l-ewwel summit mingħajr il-preżenza tar-Renju Unit.
Is-summit qed isir fuq il-gżira ta’ Ventotene barra Napli abbord l-aircraft carrier Taljana, il-Garibaldi, li qed tikkordina l-ħidma navali tal-UE fil-Mediterran.
Dan is-summit hu wkoll it-tieni wieħed bejn il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u l-President Franċiż Francois Hollande wara r-referendum Ingliż dwar il-Brexit f’Ġunju.
F
Jiltaqgħu biex jiddiskutu l-Brexit
