Lokali

Raġel ta’ 65 sena jittieħed l-isptar wara inċident fil-Marsa

Raġel ta’ 65 sena kellu jittieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident fi Triq Diċembru Tlettax il-Marsa fid-direzzjoni lejn il-Belt Valleta. L-inċident seħħ meta għal xi raġuni r-raġel ta’ 65 sena residenti San Ġiljan li kien qed isuq karozza tat-tip- Renault Fluence  daħal ġo ‘crash barrier’ u sfortunatament bl-impatt spiċċa fil-karreġġata l-oħra u b’riżultat ta’ dan kellu impatt ma karozza tat-tip Toyota vitz, li kienet qed tiġi misjuqa fl-istess direzzjoni. Din tal-aħħar kienet misjuqa minn mara ta’ 40 sena mill-Pieta u magħha kellha raġel ta’ 38 sena minn Bormla.

Mill-ewwel informazzjoni jidher li l-mara ta’ 40 sena kif ukoll ir-raġel ta’ 38 sena ma ġarbu l-ebda ġrieħi imma r-raġel ta’ 65 sena kellhu jittieħed l-isptar Mater Dei pero’ l-kundizzjoni tiegħu għada mhux magħrufa.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija tad-distrett.