Il-Gvern Ġermaniż qed jippjana li jibda javża l-popolazzjoni biex jaħżen l-ikel, ilma u provvisti oħra fil-każ li l-Ġermanja jintlaqat minn diżastru kbir inkella minn kunflitt armat, ħaġa li kienet ilha ma ssir minn żmien il-Gwerra l-Bierda.
Dan skont id-Deutsche Welle (DW) li kkwotat il-ġurnal Frankfurter Allgemeine Sonntagszeitung.
Il-proposta tinsab f’dokument ta’ strateġija għad-difiża ċivili fejn jintqal li n-nies għandhom jibdew jaħżnu ikel u ilma u provvisti essenzjali biex iservu għaxart ijiem. Dan flimkien ma’ flus u mediċini biex ma jkollhomx għalfejn iduru fit-toroq sakemm tiġi l-għajnuna mill-Gvern.
Id-DW qal li d-dokument se joħroġ għada l-Erbgħa fost sensiela ta’ miżuri ta’ sigurtà oħra fil-pajjiż.
Se jibdew iħeġġu l-Ġermaniżi jaħżnu l-ikel f’każ ta’ emerġenza
